top of page

Jippruvaw ifixklu l-ħidma tal-gvern bl-għajnuna tal-media

Archive
Mar 18, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Il-PN jippruvaw jagħmlu ħsara bla limitu u ma jiddejqu minn xejn. Persuna, li tista’ tkun midħla tal-PN ħalliet kumment f’The Times of Malta li tgħati stampa aktar ċara ta’ x’inhi l-istrateġija ta’ tfixkil li għandu bħalissa il-partit fl-Oppożizzjoni.

Il-kumment, iffirmat minn Gużu Gatt jgħid li l-PN qed jiggverna permezz tal-media.

Il-każ huwa fuq żvilupp fuq art ‘il barra miż-żona ta’ żvilupp (ODZ) ta’ qarib ta’ ex Deputat Laburista bejn 1996-1998, Bertu Pace li llum jagħmel xogħol ta’ konsulenza mas-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes. Fil-fatt kienet The Times innifisha li qabdet dan il-każ għaliex ratu wieħed serju. Bil-PN jirkeb fuqu biex ifixkel, skont kif qal dan Gatt li kixef l-intenzjoni tal-Oppożizzjoni li tuża l-media biex tfixkel il-ħidma tal-gvern.

Bl-inklużjoni ta’ Richard Cachia Caruana reġgħu bdew jingħaqdu elementi li għal xi żmien kienu telqu lil PN iżda issa reġa’ sejħilhom biex jingħaqdu ħalli jaraw kif jagħmlu u jerġgħu jiksbu l-poter malajr kemm jista’ jkun għax kienu drawh.

L-impronti tiegħu jidhru kullimkien għaliex hija l-istess strateġija, ftit iktar irfinata milli kienu jużaw fis-snin tmenin meta għaqqdu l-forzi kollha kontra l-Labour bħal Unions ewlenin fosthom il-UĦM u s-CMTU, Akkademiċi, Korpi Kostitwiti, NGOs u personalitajiet oħra biex jgħidu u jaħdmu kontra l-gvern.

Fil-każ ta’ Beppe Fenech Adami The Times mxiet mod differenti. Minflok irrappurtat fejn hemm illegalitajiet fuq art li hija ODZ (għax partijiet mill-palazz tiegħu għadhom fuq ODZ) irrappurtat biss li l-Viċi Kap tal-PN fetaħ kawża ta’ libell kontra One News.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page