top of page

Jirreaġixxi Norman Vella, ma ċaħadx x’qal David Thake

Archive
Jul 5, 2016
2 min read

Updated: Sep 21

F’reazzjoni għall-post tal-bieraħ dwar diskursata li kien hemm bejn David Thake u Norman Vella fl-ajruport il-Ħadd filgħaxija, Norman Vella rreġixxa u fost affarijiet oħra, għalkemm ma ċaħadx kategorikament dak li kien irrappurtat minn persuna li kien ħdejhom, qal ukoll ” inserraħlek moħħok li fuq il-post tax-xogħol se nkompli niddiskuti l-politika kif u ma’ minn irrid u jogħġobni”.

Dan huwa wieħed minn dawk li jitkaża b’din il-website għaliex jgħid li min jaħdem fl-uffiċċju tal-Prim Ministru ma jistax ikollu blog, imma min jittimbra l-passaporti jista’ jkollu blog, jista’ ikollu programm fuq l-istazzjoni tal-PN u jista’ wkoll jitkellem fuq il-politika ma’ min irid u ma min jgħoġbu fuq il-politika waqt il-ħin tax-xogħol.

Tajjeb Sur Vella.

Nor

man Vella kiteb hekk:

Għażiż Glenn, nixtieq inserraħ moħħ il-persuna li ħa r-ritratt tiegħi u tal-persuni l-oħra li jien mhux bi ħsiebni nagħmel bħal sħabek f’Kastilja – Kurt Farrugia u Ramona Attard – u mhux se nitlob lill-Kummissarju tal-Pulizija jinvestigah, jarrestah, jissospedieh mix-xogħol u jissekwestralu ħwejġu.

Nissuġġerilu wkoll ikellem speċjalista tajjeb tas-smigħ għax l-uniku kelma li fehem mill-konverzazzjoni tagħna kienet ‘part-time’.

Ngħidlu wkoll li l-post fejn lemaħna mhux ‘check-in desk’ imma ‘boarding gate’.

Jekk is-sinjur kien daqstant dizgustat b’dak li ra jew sema seta’ ġie jkellimni jew seta jagħmel rapport lis-superjuri tiegħi minflok kiteb lilek b’mod anonimu. Jekk irid jagħmel dan, inti tista’ tiggwidah mill-uffiċċju tiegħek f’Kastilja.

Intant, inserraħlek moħħok li fuq il-post tax-xogħol se nkompli niddiskuti l-politika kif u ma’ minn irrid u jogħġobni.

Inserraħlek moħħok ukoll li jien ma rrid nagħmel ebda vendikazzjoni miegħek jew ma’ xi persuna oħra ta’ twemmin Laburista. Dak li sar ħażin miegħi ma jien se nagħmlu qatt lil ħadd.

Insellimlek u nirringrazzjak tal-pubbliiċita li tajtni fuq il-blog tiegħek.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page