Jirreaġixxi Tonio Fenech għall-aħbarijiet dwar l-investigazzjoni li għaddejja fl-Isvezja
Updated: Sep 21
Ghaziz Glenn
Grazzi tal-opportunita’ li qed taghtini biex niccara l-pozizzjoni tieghi dwar il-Fond “Falcon Fund SICAV” u l-kaz tal- Konsument Kraft AB gewwa l-Izvezja.
Il-Fond “Falcon Fund SICAV” hu Fond Malti li gie mahluq biex jilqa’ il-flus ta’ investituri Zvedizi fuq is-sistema tal-Agenzija tal-Penzjonijiiet tal-Izvezja. Il-Fond hu licenzjat mill-Malta Financial Services Authority.
Fond hu istituzzjoni finanzjarja licenzjati li jilqa’ flus ta’ investituri biex jinvestihom ghalihom. Jien direttur fil-Falcon Fund u mhux fil-Konsument Kraft AB li qed tigi investigata mill-pulizija fl-Izvezja ghall-agir taghha.
Il-Fond jiddelega l-istrategija tal-Investiment lil Temple Asset Management, waqt il-marketing tal-Fond lil Stellum kumpanija licenzjata Zvediza li ghal perjodu ta’ xahrejn bejn Lulju u Settembru tal-2015 kellha kuntratt mal- Konsument Kraft AB li hi f’nofs il-kontroversja.
Konsument Kraft AB hija l-kumpanija li qed tigi investigata mill-Pulizija kif din stqarriet pubblikament. Sal-llum ma gejniex mgharfa li l-Fond Malti hu parti mill-investigazzjoni tal-pulizija.
Il-Falcon Fund ma jaqbilx ma’ dak li ghamlet Konsument Kraft AB tant li Stellum, l-agenzija li tirrapresentana gewwa l-Izvezja tterminat il-kuntratt mal- Konsument Kraft AB Konsument Kraft AB fis-17 ta’ Settembru 2015.
Il-Fond li hu ta’ madwar Euro 250 miljun huwa vverifikat mill-kumpanija tal-awdituri Deloitte, u l-assi ta’ investiment tal-Fond jiehu hsiebhom il-Bank of Valletta li ukoll johrog ir-rapport tieghu. Kemm l-Audit u l-bank ikkonfermaw fir-rapporti annwalli ghall-2015 taw certifikat tajjeb lill-Fond.
L-istima tal-ammont ta’ Fondi li setghu gew impoggija mill- Konsument Kraft AB u ta’ madwar 400 klijent minn 25,000 ghas-somma ta’ madwar Euro 5 miljuni. Tajjeb wiehed jghid li l-flus ta’ dawn il-persuni qeghdin fil-fond u jekk hi x-xewqa taghhom li jinvestuhom go fond iehor huma libiri li jaghmlu dan bla spejjes addizzjonali (ghax il-Fond ma ghandux entry jew exit fees) u il-flus fil-fond hemm qedin.
Bhala diretturi ma nistghux nifhmu ghaliex is-Swedish Pension Agency waqt fi Frar tal-2016 waqqfet erbgha Fondi li kienu beneficcjarji tal- Konsument Kraft AB, it-tlieta l-ohra gew miftuha ghall-investiment waqt li l-Fond Malti baqa’ maghluq – dan minkejja li kif gie rrapurtat fuq One News illejla stess li l-awtorita’ maltija l-MFSA ga nfurmat li Swedish Pension Agency mill-investigazzjoni li ghamlet u ikonfermat li l-Fond Malti qed jitmexxa b’mod tajjeb.
Il-Fond ghadu qatt ma gie moghti raguni formali ghaliex mhux qed jithalla jaccetta investituri godda. Ma jirrizultanniex li ahna taht xi investigazzjoni tal-Pulizija, kontrarju ghall-impressjoni li setghet giet moghtija f’xi programm recenti fl-Izvezzja.
Il-Fond hu llicenzjat mill-MFSA, l-awtorita’ regolatorja kompetenti, qatt ma rcieva xi punizzjoni ta’ xi multa jew twissija u wisq anqas sospensjoni.
Naghlaq biex nghid li l-Fond ihoss li l-agir tal-Swedish Pension Agency hu abbuziv, ghax skond il-kuntratt ma jistghux jghalqu l-Fond licenzjat min Awtorita ta’ pajjiz fl-Ewropa milli jircievi investimenti godda; inqiesu dan l-ghat diskriminatorju u ghalhekk ftahna kaz mal-Swedish Parliamentary Ombudsman li gimaghtejn ilu habbar li accetta li jezamina l-kaz taghna
Comments