Jirreżenja Samuel Azzopardi minn Sindku tar-Rabat Għawdex, se jitressaq il-Qorti
Updated: Sep 21
Is-Sindku tar-Rabat Għawdex Samuel Azzopardi irreżenja minn Sindku illejla f’laqgħa tal-Kunsill li kienet sospiża minħabba dan il-fatt. Azzopardi, li kien qed jimmira li joħroġ għall-elezzjoni ġenerali mistenni jitressaq il-Qorti u jkun akkużat li kien qed isuq waqt li kien taġt l-effett tax-xorb u kkawża inċident.
Il-każ ġara fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fis-siegħat bikrin ta’ filgħodu fi Triq l-Imġarr Għajnsielem meta kien involut f’ħabta head-on ma karozza oħra. Fuq il-post kien hemm Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili sakemm kienet ikklerjata it-triq minħabba l-impatt taż-żewġ karozzi.
Fl-ittra tar-riżenja tiegħu qal li se jirreżenja biex ikun jista’ jiddefendu ruħhu.
Comments