top of page

Jitkellem f’montatura tal-PN

Archive
Mar 4, 2016
2 min read

Updated: Sep 21

Salvu Mallia llum iddikjara “kont wieħed minn dawk is-36,000 li vvutaw Labour”. Għal preċiżjoni, l-ammont ta’ nies li vvutaw lill-Labour kien ta’ 167,533 elf u mhux 36,000. Imma mhux dan il-punt, nemmen li kulħadd għandu d-dritt jgħid l-opinjoni tiegħu pero’ Salvu Mallia seta’ tkellem qabel l-elezzjoni x’kien se jagħmel.

Qabel l-elezzjoni lil Salvu kienu jafuh in-nies, imma ma ħassx li kellu għalfejn jgħid xejn fuq l-abbundanza ta’ skandli li konna ngħumu fihom. Issa dawk l-iskandli kienu kollha fatti, bil-provi Salv! Mhux bis-suppozizzjoni.

Iżda issa fetaħ ħalqu, anki jekk m’hemmx provi u fatti. Fetah ħalqu fost ħafna tidwir tal-għajnejn u tixjir tal-idejn. Kemm mutetti! Pompuz. Muntattur.

Dak iż-żmien meta lil Salvu Mallia bdejna nsiru nafuh sew kien hemm persuna, jismu George Farrugia li saħansitra kellu jingħata maħfra presidenzjali biex ikun jista’ jikxef persuni fl-ogħla karigi li kienu qed jixxaħmu minnu fuq ix-xiri taż-żejt.

Ma kienx jiddejjaq b’dak li kienu qed jagħmlu?

Qatt ma staqsa jekk Austin Gatt kellux pjan li jirtira?

Il-Ministru ta’ kollox li llum huwa ċittadin privat, kellu kont bankarju barra minn Malta li Alla jbierek kien nesa jiddikjarah wara dawk is-snin kollha li kienu ilu għandu u kien ukoll fil-politika. Kellhom ikunu s-SwissLeaks biex ifakkru lil Austin Gatt li kellu eluf ta’ Ewros iddepożitati f’kont barra minn Malta.

Fuq il-każ tax-xiri tal-voti f’Għawdex bil-fondi pubbliċi Salvu Mallia ma kellu xejn xi jgħid. Da kien każ ta’ korruzzjoni għaliex hemm persuna, ir-raġel tal-Ministru, li qiegħed ikun akkużat quddiem il-Qorti.

Illum ħass li kellu jitkellem u jkun parti minn montatura tal-PN.

Din li jitkellmu persuni li jkunu popolari biex jinfluwenzaw l-opinjoni pubblika hija marketing tool popolari li qed iħaddem il-PN. Qabel kien juża akkademiċi, illum jidher li se juża kemm akkademiċi u nies oħra bħal Salvu Mallia li qed isir popolari grazzi għal programm li għandu fuq ix-xandir tal-istat.

Tista Ma Taqbilx Magħna, Imma Tista Taħdem Magħna. Bil-provi, u prosit tal-programm.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page