Joseph Muscat waħdu ġab iktar voti milli kien hemm nies il-Belt
Updated: Sep 21
Għal protesta ta’ Simon Busuttil ma kienx hemm iktar minn tlieta, erbat elef ruħ. Biex inkun ħanin, ħa ngħid li kien hemm ħamest elef ruħ, li naħseb ma kienx hemm.
Fil-Fun Run tal-President ikun hemm massimu ta’ ħdax, tnax-il elf ruħ li jimlew Pjazza San Ġorġ u Triq ir-Repubblika. Il-folla li qed jistgħaġeb biha l-PN bdiet minn ħdejn il-Wembley u bil-kemm waslet sa ħdejn il-Qorti u skont ir-ritratti fil-ġurnali, in-nies kienu spazjati mhux mrassin.
Fl-aħħar elezzjoni Joseph Muscat ġab iktar voti minn distrett wieħed milli kien hemm nies għall-protesta ta’ Simon Busuttil.
Fil-fatt mit-Tieni Distrett il-Prim Ministru ġab 13,968 vot waqt li mir-raba’ distrett ġab 12,202.
Jekk tgħoddhom flimkien jiġu 26,170 vot fuq żewġ distrett li jfissru li Joseph Muscat ġab ħames darbiet aktar voti milli kien hemm nies il-Belt.
Comments