Jumejn qabel elezzjoni ġenerali tista’ tagħti biċċa art lil privat u Jason Azzopardi jaqbel
Updated: Sep 21
L-Iprem difensur tal-governanza tajba ma jistax ikun li jara xi ħaġa ħażina f’deal elettorali jumejn qabel morna nivvotaw la kien hemm involut xi ħadd Nazzjonalist, la id-deal sar minn Ministru fil-gvern ta’ Gonzi fl-aħħar ġurnata xogħol tiegħu.
Jason Azzopardi li jipprontifika dwar il-governanza u tgħidx kemm jitkaża bil-Labour, jiddefendi l-għaġir ta’ Chris Said li 48 siegħa qabel morna nivvotaw f’Marzu 2013, għadda biċċa art espropjata mill-gvern fin-Naxxar lura lis-sidien oriġinali tagħha.
L-art kienet immarkata għal proġett ta’ housing soċjali. L-iskuża ta’ Chris Said kienet li kienu ilu biss sena Ministru u għalhekk ma setax jikkonkludi qabel. Jason Azzopardi jiddfendih.
Comments