top of page

Kandidat ġdid imħallas mill-poplu jgħajjar lil min jikkritikaħ

Archive
Feb 29, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Batsa kollu Knejjes u qdusija. Ivan Bartolo li hu kandidat ġdid tal-PN riċentement wara l-elezzjoni ta’ Marzu 2013, daħal jaħdem ma’ entita governattiva. Avolja jgħidu li l-gvern jimpjega biss lil tal-qalba, Ivan Bartolo sab impieg bħala Job Coach mal-ETC. Dan il-gvern ma jħarisx lejn l-uċuħ. Hekk għandu jkun.

Il-PN iħoss li Ivan Bartolo huwa akkwist kbir, billi kien għamel żmien mal-Labour wara li l-vokazzjoni tiegħu għas-saċerdozju ntemmet ħesrem. Hemm min jgħid li kienu keċċewh mis-Seminarju. Mhux affarina x’ġara, imma ġaladarba qiegħed fl-arena politika ma nistgħux ma nieħdux nota ta’ dak li jgħid u jagħmel bħala persuna li qed taspira li tkun fil-Parlament jew saħansitra Ministru.

Tisimgħu jitkellem taħsbu saċerdot, imma biex jitgħajjar joqgħodx lura, anke jekk imħallas minn flus il-poplu.

Mhux kapaċi jaċċetta kritika. Lil waħda mara li wriet li mhux qed taqbel ma’ dak li kien kiteb fuq Facebook, għajjarha ċerċura. Inħallsuh biex jgħajjar lin-nies … hekk suppost jgħidu dawk li jippontifikaw kontra dan il-blog u kontra kull min jiftaħ ħalqu biex jikkritika lil PN.

Li kandidat, u Kunsillier tal-PN jitħallas mill-gvern u jgħajjar lin-nies ma fiha xejn ħażin għal sezzjoni tal-media u tas-soċjeta. Ħadd ma jistaqsi jekk hux qed juża l-Facebook biex jgħajjar lin-nies waqt il-ħin tax-xogħol.

Il-qaddisin li jimxu fl-art ma jgħajjrux ċrieċer lin-nies li ma jaqblux magħhom. Kristu kien jgħallem li min jgħatik daqqa ta’ ħarta dawwar wiċċek in-naħa l-oħra ħalli jagħtik oħra mhux tinfexx tgħajjru.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page