top of page

Karol Aquilina jirrifjuta li jerfa’ r-responsabbilta tal-Uffiċċju Informazzjoni tal-PN

Archive
Feb 22, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Karol Aquilina ma jridx jidħol responsabbli mill-messaġġ tal-PN. Sorsi fid-Dar Ċentrali kkonfermaw li l-ewwel għażla ta’ Simon Busuttil biex jidħol fl-Uffiċċju Informazzjoni kien Karol Aquilina li wkoll jattendi il-laqgħat li fil-PN huma magħrufa bħala l-laqgħat tat-tmexxija u jsiru kull nhar ta’ Tnejn fil-għodu.

Is-Sindku tas-Siġġiewi għandu pjani oħra għal futur tiegħu u bil-gaffes li qed jagħmel Simon Busuttil ħadd wara ħadd ma jridx jidħol responsabbli għax jiġrilu bħalma ġralu Matthew Bonett.

Simon Busuttil beda jitlef il-fiduċja fid-Direttur tal-Uffiċċju Informazzjoni wara li waħħal fih għal gaffe li għamel meta ħareġ maktur li mingħalih kellu ‘100 sena’. Minn hemm ‘l hawn id-diskussjonijiet fil-laqgħat ta’ tmexxija intensifikaw biex isibu lil xi ħadd li jista’ jkun responsabbli mill-messaġġ tal-PN.

Rosette Thake qiegħda fuq in-naħa ta’ Matthew Bonett billi wara l-laqgħat ta’ tmexxija hija tiltaqa’ mal-edituri biex tgħatihom brief ta’ x’se jkun il-messaġġ tal-PN għal dik il-ġimgħa. Biex tiddefendi ruħha qed tgħid li hi responsabbli mil-messaġġ fi ħdan il-media tal-partit u m’għandix ir-responsabbilta’ li twassal il-messaġġ tal-partit lil media oħra u finalment għand l-elettorat.

Fil-kruċjata interna kontra Matthew Bonett, Rosette Thake ċediet għal pressjoni bħalma għamel Simon Busuttil li bl-istorja dwar il-maktur, wara ġimgħat jaqla kritika interna ċeda għal pressjoni u dar fuq Karol Aquilina, li minn naħa tiegħu ma aċċettax.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page