Karrotti: Il-UĦM ma tiddejjaqx tieħu flus u tirkeb minn fuq dahar il-gvern
Updated: Sep 21
Mhux biss attendew għall-protesta fqira tas-soċjeta ċivili li saret ġimgħa ilu kontra l-gvern, iżda marru bil-karta tat-tgħajjir kontra l-gvern li kienet f’idejn Jesmond Bonello, il-President tal-UĦM.
Ara meta jiġu għal flus, tal-UĦM ma jiddejqux jieħdu flus minn għand dan il-gvern li jgħajruh korrott u anqas jiddejqu jsiefru minn fuq dahar il-gvern.
Ma jiddejqu xejn li jkunu issussidjati minn gvern korrott u jippretendu wkoll promozzjonijiet minn għand l-istess gvern li jgħidu li hu korrott.
Spiċċa ż-żmien li Josef Vella jiġi jindiehes Kastilja biex imexxi l-aġenda tal-Union tiegħu. Imma xorta jippretendu li jgawdu mal-gvern li fl-opinjoni tagħhom hu korrott.
Comments