Kellha tkun il-UĦM biex tferraħ lil PN b’elezzjoni
Updated: Sep 21
L-istorja ewlenija tal-gazzetta tal-PN illum kienet ir-rebħa tal-UĦM fil-Freeport, elezzjoni li saret bejn l-impjegati li ħafna minnhom daħħalhom Austin Gatt snin ilu u għalhekk hemm ħafna li huma Nazzjonalisti. Tant ilhom ma jifirħu b’elezzjoni li għamluha main story b’ritratt kbir u ittri kbar. Din kienet l-unika elezzjoni li l-PN jista’ jifraħ biha mil-2008 ‘l hawn.
Kellha tkun il-UĦM biex ittihom ferħa, mbagħad Josef Vella jkun l-ewwel wieħed li jieħu għalih meta ngħidu li l-UĦM hija alleata storika tal-PN. Bħalissa mhux jitlef okkażjoni waħda biex iwassal il-messaġġ tal-PN kontra l-gvern.
L-Aħħar elezzjoni li rebaħ il-PN tmur lura għall-2008 meta f’dik l-elezzjoni ġenerali kien rebaħ b’distakk ta’ madwar 1,500 vot. F’dik is-sena il-Partit Laburista eleġġa lil Joseph Muscat bħala Mexxej u minn dak iż-żmien ‘il hawn il-PN baqa’ dejjem jitlef kull elezzjoni li kkontesta.
Saru elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew 2009 u 2014 u elezzjonijiet lokali fl-2013 u 2015 bl-akbar tkaxkira li qalgħu tkun dik tal-elezzjoni ġenerali tal-2013.
Kif inhuma l-affarijiet illum, ma jidhirx li se jkollhom wisq biex jifirħu fis-snin li ġejjin għaliex Simen Busuttil qiegħed fl-istess sitwazzjoni li kien Lawrence Gonzi fl-2011 u minn hemm l-ex Kap tal-PN kien qabad it-triq tan-niżla.
Biex tkompli tgħaqad, il-PN qiegħed fl-agħar sitwazzjoni finanzjarja possibbli u għandu problemi interni biż-żewġ Deputati Mexxejja. Fejn hemm wieħed qed jiġbed naħa għax għandu s-saħħa u l-ieħor jilqa’ l-vleġġeġ u kull tant jispara xi waħda.
Comments