Kemm ilu li l-PN tkellem fuq il-prezz taż-żejt, għola bi 13%
Updated: Sep 21
Kemm ikun aħjar kieku Simon Busuttil ma jiftaħx ħalqu dwar il-prezz taż-żejt. Mindu tkellem hu fl-aħħar jiem dwar il-prezz taż-żejt, għola bi 13%. Rapport ta’ dalgħodu fuq Bloomberg Business juri kif ftehim li laħqu bejniethom ir-Russja u l-Għarabja Sawdija dwar il-kontroll fuq il-produzzjoni taż-żejt wassal biex il-ħażniet enormi li kien hawn ta’ żejt żejjed jibdew jonqsu sew u għaldaqstant bdew jogħlew il-prezzijiet.
Il-prezzijiet tal-fuel f’Malta niżlu disa’ darbiet u mistennija jerġgħu jorħsu f’April u jibqgħu stabbli għal 3 xhur oħra, dan minkejja li ż-żejt reġa qabad it-triq tat-telgħa.
L-istess jista’ jingħad għall-prezz tal-elettriku li skont il-Eurostat, Malta għandha t-tielet l-irħas prezz tal-elettriku għad-djar Maltin fl-Unjoni Ewropea kollha.
Mhux ta’ b’xejn li Malta għandha ekonomija b’saħħitha.
Jekk Simon Busuttil jagħlaq ħalqu fuq iż-żejt jagħmel pjaċir lid-dinja.
Comments