Kif kien mistenni, ix-Shadow Minister issib il-kenn tal-Fakulta’ tal-Liġi
Updated: Sep 21
Kif kien mistenni l-Universita, jew aħjar ngħidu il-Fakulta’ tal-Liġi din il-ġimgħa iddefendiet lix-Shadow Minister u MEP Nazzjonalista Therese Commodini Cachia. Fuq din il-website għidna li Commodini Cachia ma attendietx għal 60% tal-lectures li suppost tat fis-sena akkamedika li għaddiet.
Interessanti l-fatt li r-responsabbilta tar-risposta refagħha d-Dekan tal-Fakulta tal-Liġi, l-Professur Kevin Aquilina u mhux l-amministrazzjoni tal-Universita. Minn naħa tiegħu Prof Aquilina ċaħad li tat 40% tal-lectures biss.
Il-Fakulta’ qed tgħid li Commodini Cachia għamlet 89 siegħa ta’ lectures u xogħol amministrattiv ieħor.Madankollu, id-Dekan ma tax lista tal-lectures li tat.
Ċaħad ukoll li titħallas €500 fis-siegħa. Fil-fatt hija titħallas l-ammont ta’ kważi €20,000 fil-grad tagħha, u jekk taħdem għal 40 siegħa tkun tħallset €500 ta’ kull siegħa li ħadmet. Qatt ma għidna li tħallset dik ir-rata, bħala ir-rata uffiċjali tagħha.
Ir-risposta tal-Universita ġiet diversi ġimgħat wara l-ewwel artiklu fuq din il-website u wara ukoll li Therese Commodini Cachia tkellmet mal-Fakulta’ li sussegwentement ħarġet tiddefendiha.
Comments