Kiser il-kodiċi tal-etika u għadu ma keċċiħx, Simon Busuttil paroli
Updated: Sep 21
F’deċiżjoni li tat il-Qorti llum fuq libell li fetaħ Tonio Fenech kontra Evarist Bartolo u Chris Cardona, l-istess Qorti kkonfermat li Tonio Fenech kiser il-kodiċi tal-etika wara li rċieva rigal mingħand George Farrugia, il-bniedem f’nofs l-iskandlu taż-żejt.
Fuq dan, Simon Busuttil x’ser jagħmel?
Basta kollu paroli fuq standards u mhux standards u kien qal li jekk isib xi ħaġa li saret ħażina ikeċċi lil min ikun involut. Erbgħa u għorxin siegħa ilu l-Qorti kkonfermat li Tonio Fenech kiser il-kodoċo tal-etika għal Ministri u Segretarji Parlamentari meta irċieva l-arloġġ bħala rigal mingħand George Farrugia.
Għal darba oħra qed joħroġ ċar kif l-attentati tal-istess Fenech u l-Partit Nazzjonalista kienu biss imsejsa sabiex jippruvaw jostru milli toħroġ il-verità, li kien fl-interess tan-nies li jkun jafu x’inhi, dwar dak kollu li jdur mal-ikbar skandlu politiku mill-Indipendenza ‘l hawn.
Tonio Fenech u l-PN baqgħu ħalqhom magħluq wara d-deċiżjoni tal-Qorti u hekk għamlu bħalhom il-ġurnali indipendenti li ħadd minnhom ma staqsa lil Simon Busuttil x’se jagħmel issa li għandu l-konferma mill-Qorti li Fenech kiser il-kodiċi tal-etika.
Comments