Klikkek u fazzjonijiet fil-PN jiġġiledu għal post ta’ Albert Fenech
Updated: Sep 21
Ir-riżenja tal-Professur Albert Fenech mill-Partit Nazzjonalista, wara li għażel l-investiment favur il-poplu flok in-negattivita tal-Kap tal-Oppożizzjoni, ħolqot immedjatament sitwazzjoni ta’ tensjoni interna fid-Dar Ċentrali.
Is-sostitut tal-Prof Fenech fil-Parlament irid isir b’co-option fil-Partit Nazzjonalista, u mhux by-election. Dan għaliex Albert Fenech diġa tela hu stess b’by-election flok George Pullicino fuq l-għaxar distrett.
Is-sindku ta’ San Ġiljan Karl Gouder qed jippretendi li jkun hu co-opted għax fil-proċess ta’ by-election kien ras imb’ ras ma’ Albert Fenech. Is-sorsi fil-Partit Nazzjonalista jgħidu li Gouder qed jagħmilha ċara li issa “imissni jien għaliex in-nies tal-10 distrett m’għandhomx jitilfu rappreżentant”.
Iżda hemm żewġ fazzjonijiet oħra li qed isemmgħu leħinnhom. Dik tal-avukat Joe Giglio u tal-avukat Ann Fenech li bħalissa qeghda Ateni mar-raġel tagħha. (telqu jumejn ilu bi flight Ryanair FR6029(.
Il-Kap Nazzjonalista irid b’qawwa lil Joe Giglio. Fil-fatt diġa bdew għaddejjin botti fil-kuruduri tad-Dar Ċentrali li Ann Fenech m’hijiex denja wara li ġie żvelat l-involviment tagħha f’kumpaniji fil-Panama b’shareholders mohbijin wara ġimgħat tgħajjar lill-Gvern.
L-istess irkejjen qrib Simon Busuttil qed idawwru l-kelma li Ann Fenech hija wkoll il-moħħ wara l-iskema ta’ dejn sigriet li permezz tagħha qed titlob lin-nies jagħtu self minimu ta’ €10,000 kull wieħed, jibqgħu anonimi u bla garanzija li jitħallsu lura.
B’hekk, bħalissa l-ġlieda tidher bejn Karl Gouder, Joe Giglio u Ann Fenech, b’tal-aħħar l-inqas li jidher għandha ċans.
X’ħa jiġri? Nistennew u naraw! Is skieken bdew hergi
Comments