Kollha kontra Said, il-kandidati tiegħu għal kumitat reġjonali baqgħu l-art
Updated: Sep 21
Riċentement f’Għawdex kien hemm elezzjoni għal ħatra ta’ sitt rappreżentanti tal-kumitat reġjonali tal-PN għal Għawdex. Ħadd mill-knavassers ta’ Chris Said ma rnexxilu jkun elett minkejja li ppreżenta erba’ kandidati.
L-Erbgħa ta’ Chris Said kienu Alvin Tabone (Għajnsielem), Paul Mercieca (Nadur), George Cremona (Rabat) u Daniel Cardona (Żebbuġ).
Dawk eletti kienu kollha nies qrib Giovanna Debono u Fredrick Azzopardi u magħhom ħu Samuel Azzopardi is-Sindku tar-Rabat. Għal din l-elezzjoni vvotaw mas-seba’ mitt tesserat tal-PN.
Minkejja li m’għadhiex fil-partit, Giovanna Debono għad għandha s-saħħa f’Għawdex u dan kien evidenti mill-mod ta’ kif ivvotaw it-tesserati tal-partit bil-kandidati jduru kollha kontra Chris Said.
Comments