top of page

Konferma: Partijiet mill-Palazz ta’ Beppe huma llegali

Archive
Mar 19, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Il-MEPA innifisha kkonfermat li partijiet mill-Palazz ta’ Beppe huma llegali u ma jistgħux ikunu ssanzjonati minħabba n-natura llegali tagħhom. B’hekk issa hemm iktar minn nitfa ta’ prova li ma sarux l-affarijiet kif suppost. Anzi, issa għandna l-konferma li hemm illegalitajiet fuq l-art li fuqha Beppe għandu l-Palazz tiegħu fil-Għargħur. Il-Vici-Kap tal-Partit Nazzjonalista kiser il-liġijiet tal-ippjanar.

Fl-aħħar jiem issemma kemm il-darba kif Beppe Fenech Adami bena pixxina ikbar minn dak li tippermetti l-liġi u saħansitra ‘deck area’ enormi li bl-ebda ‘policy’ tal-MEPA ma tista’ ssir. Dan kollu qiegħed fuq biċċa art li sal-lum għadha ODZ.

Fil-fatt id-‘deck area’ ta’ Fenech Adami hija kontra l-liġi tikkonferma l-MEPA. l-area li bena taqbeż is-seba’ mitt metru kwadru, meta suppost hija ferm iżgħar minn hekk.

“Il-politika rurali u dwar gwida tad-disinn tal-2014 tippermetti kobor massimu ta’ 75 metru kwadru għall-‘pool’ u ‘deck area”. Fil-każ ta’ Fenech Adami huwa iktar minn 700 metru kwadru.

Illegalita oħra li ghandu Fenech Adami hija d-daqs tal-pool, li suppost hija 50 metru kwadru, pero fil-verita hija aktar minn 60 metru kwadru.

Fil-każ ta’ Beppe Fenech Adami l-pool qabżet is-sittin kwadru u d-deck area hija ta’ 700 metru kwadru jew tliet kwarti ta’ tomna. Tassew deck area ta’ palazz.

Il-hard landscaping hija illegalita ohra li ghandu Beppe Fenech Adami fil-Palazz tieghu. Billi l-gnien qieghed mibni fuq art li hija ODZ, suppost li l-landsaping tal-gnien kbir li ghandu huwa kopert b’permess. Fil-fatt m’huwiex kopert bil-permess u ghalhekk huwa llegali.

M’humiex dawn provi biżżejjed għal Simon Busuttil?

Kemm-il nitfa provi oħra għandu bżonn?

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page