top of page

Konrad fo** kemm għandu u lib*

Archive
Mar 9, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Tgħidulix li qed nattakka Kunsillier tal-PN. Imma dan kiteb hekk b’reazzjoni għal persuna li kitbet “Konrad Mizzi raħħasli l-kont tad-dawl b’25% Beppe Fenech Adami x’tani?”.

Din is-sentenza kienet biżżejjed biex dan il-Kunsillier tal-PN fuq Ta’ Xbiex, li tela’ f’elezzjoni każwali ftit tal-ġimgħat ilu jikteb dan il-kliem fuq il-Ministru Konrad Mizzi.

Kif tista’ ma titkellimx meta tara affarijiet bħal dawn. Dment li esponenti tal-Labour ikunu fil-mira tal-attakk kollox. Ġejna f’sitwazzjoni fejn in-Nazzjonalisti biss jistgħu jgħidu li jridu. Mela l-bieraħt lura għajruna ġrieden u ġurnalista tal-One għajjruha bla bajd. Hekk sew? Aħna ma għajjarna u m’aħna se ngħajjru lil ħadd.

B’dan il-post ma jien qed ngħajjar jew nattakka lil ħadd, imma ma tistgħux tgħidu li “this is an assault on a PN Councillor”. Daqs kemm il-bieraħ jista’ jitqies “an assault” fuq tfajla li hija t-tifla ta’ Segretarju Ġenerali u taċ-cheerleader tal-PN li għajjritna ġrieden. Jew dik ok tgħajjarna ġrieden?

Timmaġinaw li kienu xi ħadd minn naħa, esponent tal-Labour jew xi ħadd qrib tiegħu jgħajjar ġrieden lin-Nazzjonalisti x’kien jiġri? Jew xi ħadd fuq din ix-xaqliba politika jikteb dan il-kliem fil-konfront ta’ Simon Busuttil, kemm idum isir storbju?

Diġa’ qed jitkellmu b’dan il-mod sentejn qabel l-elezzjoni, x’se jagħmlu meta tasal l-elezzjoni?

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page