Kristy Debono door to door waqt il-ħin tal-uffiċċju
Updated: Sep 21
Kristy Debono kienet ilha ma tidħol għax-xogħol. Għamlet żmien reġgħet bdiet tidħol ftit imma dan l-aħħar bdiet tagħmel id-door to door filgħodu, waqt il-ħin tal-uffiċċju. Fit-28 ta’ April kienet qegħda fi Triq il-Mensija iżżur xi familji fil-ħdax ta’ filgħodu.
Il-Ġimgħa 6 ta’ Mejju għal ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu kienet ukoll qed iżżur familji f’San Ġwann waqt il-ħin tal-uffiċċju. Magħha kien qed idur ex Kunsillier tal-PN f’San Ġwann, David Dalli li jidher fir-ritratt ta’ fuq ma’ l-istess Debono.
Id-Deputata Nazzjonalista suppost taħdem mal-Malta Gaming Authority. Dan l-aħħar tgħidx kemm tkellmet fuq accountabiility u governanza tajba.
J’Alla kienetx ikkritikatni wkoll minħabba li fuq din il-website jitilgħu artikli waqt il-ħin tax-xogħol.
Comments