Ksuħat u arroganza, ma saret ebda vendikazzjoni ma’ Norman Vella
Updated: Sep 21
Kull darba li jissemma’ Norman Vella joħroġ jilgħabha tal-vittma meta fil-fatt ma saret ebda vendikazzjoni miegħu. Dan ma jaċċettax il-fatt li ma baqax jagħmel programm fuq il-PBS wara li wara l-elezzjoni spiċċat l-iskeda.
Billi ma baqax jagħmel il-programm li kellu, intbagħat lura fil-post tax-xogħol oriġinali tiegħu, fejn kien qabel mar il-PBS, jittimbra l-passaporti. Ma naqaslu ebda beneffiċċju, ma tilifx flus, ma tilifx ix-shift u għadu jgawdu mill-kundizzjonijiet li kien igawdi minnhom qabel, bħalma jgawdu minnhom il-kollegi tiegħu l-oħra fl-istess Dipartiment.
Għalhekk ma saret ebda vendikazzjoni ma’ Norman Vella, anzi, ir-regoli kienu irranġati biex hu jkun jista’ jmur il-PBS.
Meta spiċċa xogħlu fil-PBS intbgħat lura. Dik vendikazzjoni?
Imma kien dara jidher fuq it-tv u ppretenda li jibqa’ u l-PN reġa’ kkuntentah għax tah programm fuq il-media tal-partit.
Għalhekk kull meta jissemma’ joqgħod jilgħaba tal-vittma biex jiddobba l-voti għall-elezzjoni li ġejja.
Nhar il-Ħadd li għadda filgħaxija meta kien qed jassisti lil David Thake fl-airuport, Vella qabel qal li kien offrut part-time job, informa lil David Thake li kien aċċetta li joħroġ għall-elezzjoni bla taqlieq.
L-arroganza u l-ksuħat ta’ Norman Vella jibbrillaw mill-Oppożizzjoni aħseb u ara jekk ikun MP jew fil-Kabinett ta’ Busuttil. Mur żommu!
Comments