top of page

Kull tant jitfaċċa ċittadin privat

Archive
Jun 4, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Kull meta nara lil Austin Gatt niftakar fl-iskandlu taż-żejt, niftakar fil-ħdura tal-PN u fl-organiżazzjoni tajba li darba kellhom fid-Dar Ċentrali. Meta niftakar f’Austin Gatt nħoss ħafna kesħa, nħoss l-arja tinġazza.

Imma bla dubju li fid-Dar Ċentrali jimmisjawh liċ-ċittadin privat kull meta jgħaddu minn quddiem l-uffiċċju tas-segretarja ġenerali jew jisimugħa titkellem.

Il-veterani jiftakru fid-differenza bejn l-organiżazzjoni tal-lum u l-organiżazzjoni li kellhom qabel. U jirrabjaw, għaliex illum għandhom l-aktar segretarja ġenerali mħallsa fl-istorja tal-partit u l-anqas li qed jagħmlu suċċess.

Dan kien wieħed mill-aħħar ritratti pubbliċi ta’ Austin Gatt fil-counting hall tal-elezzjoni ġenerali. Wara dan ir-ritratt sar ċittadin privat u kull tant jitfaċċa fit-toroq tal-Belt.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page