Kumment f’waqtu mill-Prim Ministru ftit tal-ħin ilu, dwar il-Panama u l-inkonsistenza ta’ Simon Busuttil
Updated: Sep 21
Il-Prim Ministru ħa d-deċiżjonijiet li kellu jieħu wara l-Panama Papers. Issa jmiss lil Simon Busuttil li jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qed ikun inkonsistenti għaliex wara dik il-kampanja agressiva kollha li għamel, għandu nies madwaru li marru jipprotestaw miegħu, li qed jgħinu individwi li ma nafux min huma jiftħu kumpaniji fil-Panama u tax havens oħra bħal British Virgin Islands.
Il-ġurnalisti jagħmlu tajjeb li jistaqsu. Tajjeb li jistaqsu wkoll x’se jagħmel Simon Busuttil issa li għalih sar aċċettabbli li jkollu persuni qrib tiegħu li jiftħu kumpaniji u jidhru għal ħaddieħor f’tax havens.
Comments