top of page

L-arċisqof mhux politiku, imma jitkellem ta’ politikant

Archive
Jun 27, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Qed ikun diffiċli għall-Kap tal-Knisja Kattolika f’Malta biex ma jitkellimx dwar materja ta’ politika, anke politika partiġġjana. Bla dubju, kulħadd għandu dritt għall-opinjoni tiegħu, anke l-istess Arċisoqf iżda bl-istess mod kulħadd għandu jkun espost għal kritika u ma jeħodix bi kbira li jkun ikkritikat.

Fl-aħħar intervista li ta Monsinjur Arċisqof għoġbu jerġa’ jitkellem dwar il-politika u anke rrefera għalija biex jgħamilha ċara li ma għonqu għandu salib mhux l-arma ta’ xi partit.

Ovvja li semma’ lili għax ikkritikajtu, imma jekk jaħseb li jien biss nemmen li l-passjoni politika tiegħu tegħlbu, allura veru m’għandux subgħu fuq il-polz tal-poplu.

Anke fl-istess intervista s-Sibt filgħodu irrepeta kliem il-PN lejn il-gvern u ma sab xejn pożittiv fix-xogħol li qed jagħmel il-gvern.

Per eżempju wara l-kritika li għamel għad-dawl mal-faċċata ta’ Kastilja, kellu l-opportunita li jikkoreġi l-kritika ta’ dak li qal. Naqas milli jgħamilha. Ma jgħid xejn pożittiv dwar il-Gvern u xejn negattiv dwar l-Oppożizzjoni.

L-Arċisqof għoġbu jikkritika wkoll l-infieq

Mhux il-gvern biss għandu jkun trasparenti. Anke l-Knsija għandha tkun trasparenti. Per eżempju, qatt ma qalulna x’kienet il-vera raġuni li għaliha tneħħa minn Arċisqof Mons Pawl Cremona. Kulħadd jista’ jasal għal konklużjonijiet tiegħu dwar il-għala tneħħa Mons Cremona pero’ kollox baqa’ mistur minn naħa tal-Knisja.

Kulħadd jaf x’inhi r-raġuni bħalma kulħadd jaf li Cucullus non facit monachum.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page