L-ex impjegat tal-PN kellu każ fiż-żmien li kien jaħdem l-istamperija
Updated: Sep 21
L-ex impjegat tal-istamperija li tressaq b’arrest b’akkużi relatati ma’ pedofelija kellu tal-anqas każ wieħed meta ttanta impjegat ieħor tal-istamperija u jingħad li qatt ma ttieħdu passi kontrih.
Dan il-każ imur lura għal diversi snin u l-anqas l-impjegat li kien ittantat ma għadu jaħdem mal-PN. Ir-raġel kien tkellem mal-familja tiegħu u l-qraba kienu ħaduha bi kbira tant li qarib tal-persuna li sofriet l-avvanzi kien mar jagħmel għal dan ir-raġel.
Il-Malta Independent għażlet li taħbi l-isem ta’ din il-persuna u ssemmi biss isem ta’ Kunsillier Laburista Ray Azzopardi. Stephen Calleja tal-Independent u missieru Henry jafuh sew lil dan l-ex impjegat tal-PN.
Tal-iskantament kif dan ir-raġel ma ssemma’ mkien waqt li oħrajn issemmew.
Mhux se nidħol fil-mertu ta’ min għandu jissemma’ jew le, għalkem fl-opinjoni tiegħi dawn il-każi ma għandnix naħbuhom taħt it-tapit, iżda jekk għandhom jissemmew in-nies, għandu jissemma’ kulħadd mhux nagħżlu min jissemma’ skont il-kulur politiku tal-persuna.
Comments