L-Aġir tal-Kunsillier tal-PN iddeplorat mis-Sindku u s-Sezzjoni Kunsilliera tal-Partit Laburista
Updated: Sep 21
Is-Sindku ta’ Ta’ Xbiex u sSezzjoni Kunsilliera tal-Partit Laburista iddoploraw l-għaġir tal-Kunsillier Nazzjonalista fil-Kunsill ta’ Ta’ Xbiex, Richard Chetcuti.
Is-Sindku Max Zammit qal f’kumment fuq din il-website “F’ismi u f’isem il-Kunsilliera tal-PL f’Ta’ Xbiex, nixtieq niddeplora dan it-tip ta’ agir. Filwaqt li naccetta l-opinjoni ta’ kulhadd, nemmen li kliem hekk m’ghandu jintuza qatt fil-konfront tal-ebda politiku u persuni ohrajn, b’mod partikolari minnha li qed nirraprezentaw lill-komunitajiet Maltin”.
Is-Sezzjoni tal-Kunsilliera tal-Partit Laburista ħarġet din l-istqarrija;
Richard Chetcuti, li tela’ f’elezzjoni każwali ftit tal-ġimgħat ilu kiteb kliem dispreggattiv fil-konfront tal-Ministru Konrad Mizzi, fuq il-pagna tal-facebook tieghu, kliem li la jaghmlu gieh lil min jghidu u jiktbu u wisq u wisq izjed lil Partit li hu jirraprezenta’. Il-gravita’ ta’ dan il-kaz hija ferm ikbar milli tidher meta wiehed jiftakar li s-sur Chetcuti jahdem bhala ghalliem u assistent fi skola privata. Interessanti wiehed jara’ x’ jasbu l-genituri ta’ tfal zghar li jkunu fdati fil-kustodja tas-sur chetcuti tul il-hin tal-iskola, bhala edukatur! Is-Sezzjoni Kunsilliera PL qed tistqsi wkoll x’ inhi l-pozizzjoni ta’ Simon Busuttil dwar kliem bhal dan fuq Ministru tal-Gvern. Tistaqsi jekk hux se jkun hemm kundanna fil-konfront tieghu u jekk hux se jittiehdu passi. L-istqarrija ttemm tghid li jekk il-Partit Nazzjonalista mhux se jkun qed jikkundanna u jiehu passi dwar dan, allura jkompli jidher car li l-uniku interess tal-Partit Nazzjonalista hu li jiehu ‘l Pajjizna lura lejn is-snin 80 fejn hu stess kien protagonista biex irrenjaw f’ Pajjizna sentimenti ta’ mibgheda u stmerrija bejn il-familji Maltin u Ghawdixn
Comments