L-Għaxar roħs fil-prezzijiet tal-petrol u diesel
Updated: Sep 21
Għall-għaxar darba matul din il-leġislatura raħas il-prezz tal-petrol u diesel. Ir-reazzjoni mistennija mill-PN kienet li ma raħasx biżżejjed. Issa diġa’ qaluha għaxar darbiet. Li kieku dan il-gvern qagħad fuq il-parir ta’ Simon Busuttil, il-prezz ma kienx jorħos kif dejjem raħas.
Dan il-gvern irnexxilu jħaddem politika fejn seta’ jraħħas il-prezzijiet tal-fuel anke meta l-prezz taż-żejt kien qiegħed jgħola.
Din hija d-differenza kbira li hemm fil-prezzijiet bejn Marzu 2013 u April 2016
MARZU 2013
Petrol: €1.48 Diesel: €1.38
APRIL 2016
Petrol: €1.32 Diesel: €1.16
Fi tliet snin Gvern Laburista raħħas il-petrol b’ 16ċ-il litru u d-diesel bi 22ċ il-litru.
Waqt li l-PN qed jibqa’ jikkritika lil gvern, m’huwiex qed jgħid x’politika għandu f’dan is-settur biex jassigura li l-prezzijiet jorħsu flok jgħolew. Taħt l-amministrazzjoni preċedenti, l-prezz tal-petrol kien jgħola kull xahar u għalhekk inħolqot klima ta’ instabbilta’ fil-prezzijiet.
Bir-reviżjoni ‘l isfel kull tliet xhur, il-gvern Malti irnexxilu jġib aktar stabbilta’ fil-prezz tal-fuels li hija importanti ħafna speċjalment għall-industriji u negozji li jippjanaw għat-tul.
Comments