L-istess lingwaġġ tas-snin tmenin
Updated: Sep 21
Il-lingwaġġ iebes illi uża Simon Busuttil nhar il-Ħadd li għadda huwa l-istess stil li l-PN kien juża wara l-elezzjoni tal-1981 meta kienu jgħidu li kellhom id-dritt jiggvernaw għaliex kienu ġabu maġġoranza ta’ voti u għalhekk kienu jgħidu li l-gvern kien illeġittimu billi kien ġab iktar siġġijiet u ggverna skont il-Kostituzzjoni.
Illum ma jistgħux jgħidu hekk għax tliet snin ilu qalgħu tkaxkira u damdima li għadhom ma jistgħux iniżżluha.
Mis-snin tmenin ‘l hawn inbidlu ħafna affarijiet iżda l-PN baqa’ l-istess. Għad hemm fih l-istess nies, l-istess kunjomijiet, l-istess Richard Cachia Caruana li kien u għadu viċin ħafna ta’ Fenech Adami u fit-tmun tal-istrateġija.
L-istess arroganza u l-istess prepotenza.
Comments