L-istorja twila ta’ Marin Hili mal-PN
Updated: Sep 21
Malli l-PN rebaħ l-elezzjoni tal-1987 u beda jiġbor il-JS List, Marin Hili daħal fix-xena immedjatament. L-ewwel inkarigu li kellu f’dik l-istess sena li ingħata l-ewwel inkarigu governattiv biex il-port ta’ M’Xlokk ikun żviluppat f’port vijabbli. Kariga li żamm għal 15-il sena
Bejn 1990 u 1993 Hili serva bħala Direttur tal-Oil Tanking Malta Ltd. Fl-1992 kien ukoll appuntat direttur fil-bord tal-Malta Shipbuilding Company Ltd. Waqt li fl-1999 kien appuntat Chairman tal-Privatization Unit fejn kien parti minn negozjati f’isem il-gvern mal-HSBC meta inbiegħ il-Mid Med Bank.
Fl-istess perjodu li kien qed imexxi l-Freeport, fl-1996 il-kumpanija ta’ Hili akkwistat 49% tal-ishma fil-Baltic Container Terminal u sussegwentement akkwistat ukol il-51% tal-ishma.
Fl-2001 Marin Hili kien appuntat Chairman tat-Terminal Intermodale Venezia fejn Mariner Ltd. u Mediterranean Shipping Company għandhom 50% tal-ishma fit-Terminal Intermodale Venezia S.p.A.
Matul dawn is-snin kollha li fihom kien appuntat f’diversi karigi governattivi u fiż-żmien li l-business tiegħu sploda ‘il fuq, Marin Hili baqa’ kontributur regoali tal-PN bħala wieħed minn tal-lista JS.
Comments