top of page

L-MEA qed tippermetti partit politiku jhedded lil min iħaddem

Archive
May 30, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

It-theddid ta’ Simon Busuttil dwar pagamenti ta’ dejn jistona ħafna ma’ dak li l-Malta Employers Association tiġġieled għalih. Illum l-MEA qed tippremetti Kap ta’ partit politiku jhedded kumpanija li magħha l-PN għandu d-dejn.

Bħalma għandu d-dejn mal-Kasco Group, Simon Busuttil għandu wkoll dejn ma’ kumpaniji oħra li b’kollox jammontaw għal madwar €22 miljun. Figura ta’ dejn li qatt ma kienet miċħuda mill-PN.

Dan l-aħħar ta’ sikwit konna qed naraw lid-Direttur Ġenerali tal-MEA, Joseph Farrugia mistieden fuq l-istazzjoni tal-PN biex jikkritika lil gvern Laburista u għamel statements ħorox kontra Joseph Muscat u l-Labour.

Iżda ma jsib xejn x’jikkritika fit-theddid ta’ Simon Busuttil lil kumpanija li l-PN għandu d-dejn magħha. Simon Busuttil se jibqa’ jhedded u l-MEA tibqa’ b’ħalqha magħluq?

Mbagħad dawn jieħdu għalihom meta tgħidilhom alleati storiċi tal-PN.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page