L-Oppożizzjoni ma tridx tipperja lil Louis Grech
Updated: Sep 21
L-Oppożizzjoni trid tressaq il-mozzjonijiet, tiddetta l-aġenda u minn fuq ma tikkoperax mal-gvern tant li l-anqas trid tipperja lid-Deputat Prim Ministru Louis Grech li bħalissa jinsab għaddej minn perjodu ta’ konvalexxenza wara operazzjoni serja li kellu. Basta ħafna daqq ta’ trombi u solidarjeta falza.
Meta kien qed jieħu sehem fil-programm televiżiv il-bieraħ fil-għaxija, il-Whip tal-Gvern Godfrey Farrugia ta rendikont tad-diskussjonjiiet li għaddew bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra fuq iż-żewġ mozzjonijiet li tressqu.
Li waħda, se tkun diskussa l-lejla u l-oħra għada. Kienet proposta tal-PN li d-diskussjoni fuq iż-żewġ mozzjonijiet isiru fi ġranet differenti. L-ewwel mozzjoni li se tkun diskussa l-lejla hija fuq ruling tal-ispeaker dwar il-mozzjoni li għandha tkun diskussa għada u li hija mozzjoni ta’ ċensura fuq il-Prim Ministru billi skont ir-ruling tal-iSpeaker Anġlu Farrugia, ma setgġetx issir mozzjoni ta’ sfiduċja fiċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri billi ma huwiex uffiċjal pubbliku.
Minkejja li n-naħa tal-gvern aċċettat li d-diskussjoni fuq iż-żewġ mozzjonijiet issir fuq jumejn, l-Oppożizzjoni ma kkoperatx u ma tridx tipperja ma’ Louis Grech.
Mur emminhom meta jgħatuk is-solidarjeta’.
Comments