Leadership Crisis: Il-PN għamel weekend bla Kap u Viċi Kap
Updated: Sep 21
Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet il-PN kien bla Kap u Viċi Kap. Simon Busuttil kien msiefer ma’ Kristina. Daħlu lura l-Ħadd fil-għaxija għal ħabta tad-9pm b’titjira tar-Ryanair minn Edinburgh, waqt li l-Viċi Kap Beppe Fenech Adami kien fuq btala qasira biex jara l-final tal-Coppa Italia Juventus kontra Milan.
It-tnejn li huma ħarbulha. Ħadd ma rrapporta li kienu barra minn Malta. Mill-MIA ma ħarġitx informazzjoni dwarhom u l-PN ried jaħbi li t-tnejn li huma kienu msiefra. Niddubita kienx jaf De Marco li telqu, biex ma jmorrux iħallu il-partit f’idejh.
Mhux għax inħass in-nuqqas tagħhom, għax minkejja li kien barra minn Malta, l-Kap tal-Oppożizzjoni xorta irnexxilu jagħmel dikjarazzjoni bla sens, meta qal li Malta qed tikkollassa.
Malta qed tikkollassa? Kif jista’ jittieħed bis-serjeta’ meta għandek l-oqsma ekonomiċi elwenin għaddejjin mill-aħjar żmien tagħhom u meta għandek il-qagħad li għall-ewwel darba fi 36 sena, niżel taħt l-4,000 persuna.
Wieħed jittama li wara holiday qasira, l-esponenti ewlenin tal-PN ikunu irrifreskaw l-ideat tagħhom u jiġu lura Malta b’ideat ġodda. Minn dak li rajna l-bieraħ, se din se tibqa’ tama u ma niskantax, għax dak li ma nbidilx fil-PN f’dawn is-snin kollha, mhux se jinbidel issa li l-Kap u Viċi Kap marru għal btala.
Comments