top of page

Lit-tfal ta’ Muscat tara żejda

Archive
Jul 14, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Lit-tfal ta’ Prim Ministri Nazzjonalisti ma tarahomx żejda. Kullimkien kienu jeħduhom magħhom anke għand il-Papa. U apparti li kienu jieħdu lit-tfal, għand il-Papa kienu jieħdu wkoll lin-neputijiet. Kollox minn fuq dahar il-poplu Malti. Mhux hekk?

Lil ex Prim Ministru Eddie Fenech Adami u ex President Edward qatt ma ikkritikatu fuq hekk. L-anqas lil Lawrence Gonzi.

Għaliex anke Gonzi kien jieħu lit-tfal tiegħu għal attivitajiet tal-gvern, sew meta kibru, aħseb u ara meta kienu żgħar. Meta kienu żgħar ma kienx Prim Ministru, iżda kien Speaker u kien ukoll Ministru u Viċi Prim Ministru.

Imma lit-tfal ta’ Muscat tara żejda. Jikkritikaw lil Prim Ministru u lil Michelle talli f’ċerti okkażjonijiet ikollhom lit-tfal magħhom li għad għandhom tmien snin.

Għal dawn ma tgħid xejn.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page