Live mid-Dar Ċentrali, l-ewwel indikazzjoni: l-Ingliżi vvutaw biex jibqgħu fl-Unjoni Ewropea
Updated: Sep 21
L-Ingliżi għadhom mhux ċerti jekk pajjiżhom hux se jkun ġewwa jew barra l-Unjoni Ewropea, imma l-PBS kienu ċerti li qed ixandru mid-Dar Ċentrali. Forsi għax kien qed jippreżenta l-ex newscaster ta’ Net TV Mario Xuereb.
Insomma, l-ewwel indikazzjonijiet juru li l-Ingliżi vvutaw biex jibqgħu fl-Unjoni Ewropea u skont l-informazzjoni li ħierġa sa issa, aktarx li 52% vvutaw biex l-Ingilterra tibqa’ fl-Unjoni Ewropea.
Il-Mexxej tal-UKIP Nigel Farage diġa’ tefa’ botta li l-Ingliċi vvutaw biex jibqgħu meta ftit tal-ħin ilu qal “the remain edged it”.
Ir-riżultat mistenni mal-lejl jew kmieni il-ġimgħa filgħodu.
Comments