top of page

Louis Farrugia, fil-JS List u fil-Panama Papers

Archive
May 10, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

L-Ex chairman tal-Airmalta Louis Farrugia li fil-preżent huwa non-executive director ta’ Allied Group huwa isem komuni fuq żewġ listi. Il-Panama Papers u l-JS List.

Il-JS List tal-PN hija il-lista ta’ nies li matul is-snin kienu jagħtu donazzjonijiet lil partit fil-gvern. Ħafna minn dawk li kienu fuq din il-lista kienu appuntati f’karigi pubbliċi jew ingħataw kuntratti governattivi matul is-snin ta’ amministrazzjonijiet differenti.

Il-lista bdiet tinġabar wara l-elezzjoni tal-1987 mit-teżorier ta’ dak iż-żmien Joe Stellini. Louis Farrugia għamel karriera twila fil-business tal-familja, Farsons Group u fis-snin li għaddew meta suppost bdiet issir ir-riforma fil-linja tal-ajru nazzjonali, kien appuntat chairman tal-Airmalta.

Louis Farrugia huwa ir-raba’ isem li kien sar magħruf mill-JS List wara ta’ Tancred Tabone, Mark Portelli u Marin Hili.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page