top of page

Lura għal boycotts, bih u mingħajru xorta

Archive
Jun 15, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Wara nofs in-nhar kien qed jgħid li l-poplu ma jridx politika ta’ konfrontazzjoni u filgħaxija, Simon Busuttil ibbojkottja l-Parlament. Kemm ilu Kap tal-Oppożizzjoni, dak li jgħid ma jaqbilx ma’ dak li jagħmel. Tipikament Nazzjonalist.

Illejla ibbojkottjaw is-seduta Parlamentari għaliex ma jridux jirrikonoxxu lil Ministru Konrad Mizzi li kien qed jissostitwixxi lil Prim Ministru, bħala l-Ministru responsabbli mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

Il-PN m’huwiex jirrikonoxxi il-leġġitimita tal-Ministru Konrad Mizzi minkejja li kien elett demokratikament f’elezzjoni ġenerali.

Dak li għamel Simon Busuttil illejla jista’ jkun deskritt bħala teatrin patetiku.

L-Oppożizzjoni taf li l-Prim Ministru bħalissa jinsab barra l-pajjiż fuq żjara fl-Awstrija fejn għandu laqgħa tat-tro tal-Presidenza u wara jibqa’ sejjer fi triqtu lejn San Pjetruburgu għal forum ekonomiku.

Oppożizzjoni irresponsabbli li qed tipprova ittellef ix-xogħol tal-gvern b’kull mezz anke b’mezzi li ma jagħmlux ġieħ lill-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, il-Parlament.

Minkejja l-boycott tal-Oppożizzjoni, ix-xogħol tal-Parlament baqa’ għaddej. Id-diskussjoni dwar l-estimi finanzjarji tal-Korporazzjoni Enemalta baqgħu għaddejjin. Bih u mingħajru xorta.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page