top of page

Ma jafux min huma

Archive
Feb 18, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Il-Partit tal-Popolari Ewropej (EPP) ma jafux min huma n-nies fid-delegazzjoni ta’ Simon Busuttil li llum ħa sehem fis-Summit tal-mexxejja li jiffurmaw parti mill-partiti Popolari Ewropej.

Tant għandhom Presidenti, li ħasbu illi Simon Busuttil kien akkumpanjat mill-President tal-PN. Iżda liema wieħed? Għandhom President tal-Kunsill Ġenerali, President tal-Kunsill Amministrattiv u President tal-Kunsill Eżekuttiv, Paula Mifsud Bonnici, Karol Aquilina u Ann Fenech.

Fi Tweet mal-wasla ta’ Simon Busuttil għas-summit, il-PPE qalu Il-President tal-PN Malti w il-Kap tal-PN Simon Busuttil mal-wasla tagħhom għas-summit.

Mur fiehem lil EPP li l-PN għandu xi tliet Presidenti. Dak li hemm ma’ Simon Busuttil huwa Trevor Degiorgio, is-Segretarju Internazzjonali, ebda wieħed mill-Presidenti Imma għadhom ma jafuħx. Anzi llum ma nsewhx warajhom lil Simon bħalma għamlu f’wieħed mis-summits is-sena l-oħra.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page