top of page

Ma jifilħux ikunu aktar negattivi

Archive
Jul 9, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Meta taħseb li jkunu laħqu l-qofol tan-negattiviżmu, jissorprenduk. L-Oppożizzjoni għadha kontra l-investiment ta’ Shangai Electric u qed tipprova tħawwad il-fatti bil-għan li tgħatti n-nuqqasijiet tagħha f’25 sena.

Wara li

• Ġabu Enemalta f’xifer ta’ falliment u li tiswa ewro,

• Il-power station tal-Marsa kienet għadha topera minkejja li gvernijiet tal-Partit Nazzjonalista

kienu wegħdu l-għeluq tagħha sa mill-1987,

• L-użu tal-heavy fuel oil u ebda għall-qalba għall-gass,

• Djun kbar mal-banek lokali li jlaħħqu t-€840 miljun,

• Miljuni ta’ sisa mhux imħallsa

• Nuqqas kbir ta’ investiment fis-sistema tad-distribuzzjoni,

• Downgrades minn diversi aġenziji ta’ kreditu internazzjonali b’mod kostanti.

Fil-qasam tal-Enerġija u partikolarment fejn tidħol l-Enemalta, dan il-Gvern wettaq dawn il-bidliet :-

• Roħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma għall-familji u n-negozji fejn minn fost l-ogħla tariffi issa saru r-raba’ l-orħos fl-Ewropa,

• Tnaqqis ta’ madwar miljun tunnellata fl-emissjonijiet

• Impjant modern li jaħdem bil-gass

• Investiment fl-Enemalta b’valur ta’ €320 miljun, li wassal għat-tnaqqis bin-nofs fid-djun tal-Enemalta

• Beda x-xogħol fuq il-qalba għall-gass tal-BWSC

• L-għeluq tal-power station tal-Marsa wara aktar minn 25 sena ta’ wegħdiet,

• It-twaqqigħ taċ-ċumnija ta’ Delimara,

• Intlaħqu l-miri interim ta’ enerġija rinovabbli.

U n-Nazzjonalisti jibqgħu negattivi flok jieħdu gost bis-suċċes tal-poplu.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page