top of page

Ma jistax ikun li David Agius ma kienx involut fit-tfassil tal-proposti tat-traffiku, 65% ikkupjati

Archive
May 16, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Ma jistax ikun li t-tifel ta’ Twanny li jaqla’ x-shit ma jkunx involut fit-tfassil tad-dokument dwar it-traffiku li ħejjiet Marthese Portelli. Mill-psoposti li għamlet ix-Shadow Minister tat-Trasport 65% huma ikkumpati.

Minn dan il-fatt jirriżulta li David Agius kien qiegħed jgħin lil Marthese Portelli biex wara seba’ xhur ta’ studju profond toħroġ rapport li fih qed tipproponi 23 proposta li huma kkupjati jew li diġa’ saru minn dan il-gvern.

Qed jipproponu li ssir kampanja ta’ edukazzjonidwar it-traffiku li diġa’ qed issir.

Qed jgħidu li għandha ssir kampanja dwar ix-xogħolijiet li jkunu għaddejin. Proposta kkupjata għax diġa’ qed titwettaq.

Tal-PN iridu jinċentivaw l-użu tal-muturi. Inċentiv li daħħal il-gvern fl-aħħar budget.

Iridu jipproponu li l-vetturi l-kbar ma jintużawx fil-ħin tarrush hour. Kif diġa’ isir.

Ikkuppjaw il-proposta li jkun hemm sistema ġdida ta’ sinjali tat-traffiku.

Din l-isbaħ, qed jipproponu li jkun hemm kumitat li jikkordina x-xogħolijiet. Kumitat li diġa’ jeżisti. U aktar minn hekk, l-ewwel darba li twaqqaf kumitat bħal dan kien fl-1996 biex mbagħad fl-1998 meta rebħu l-elezzjoni kienu xoljewħ.

Biex issa, għoġobhom u qed jerġgħu jipproponuh fi proposta oħra kkupjata.

Parir lil Marthese Portelli, meta tkun trid tagħmel rapport tinqedix b’David Agius għax dak li tieħu, rapport ikkuppjat.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page