Ma jriduniex immorru tajjeb, jippruvaw joħolqu kontroversja
Updated: Sep 21
La jkun hemm il-Labour xejn m’għandu jmur tajjeb, anqas il-Eurovision li suppost jgħaqqad lil poplu Malti bħala nazzjon wieħed.
Caroline Muscat li minn nhar it-Tnejn ‘l hawn ma baqgħetx tikteb fuq il-Panama fit-Times, kitbet artiklu biex tipprova tqajjem kontroversja u toħloq dubji dwar il-partċipazzjoni ta’ Ira Losco fil-Eurovision ta’ din is-sena biex tattakka lil gvern.
“Sorsi” tagħha fl-industrija qalulha li għal din is-sena l-gvern kellu budget bla limitu x’jonfoq fuq Ira Losco. Jekk immorru tajjeb u l-pajjiż jieħu reklam tajjeb mil-flus li jintnefqu ikunu flus minfuqa tajjeb.
Comments