top of page

Ma nafu jagħmel xejn b’xejn, George Hyzler l-anqas wieħed li għandu għalfejn jitkellem

Archive
Jun 8, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

George Hyzler l-anqas wieħed li għandu għalfejn jitkellem fuq min ikun imħallas mill-istat u jitħallas ta’ xogħol ieħor. Issa qed jitkaża għax bħala impjegat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru nikteb f’din il-website li hija tiegħi u ma nitħallas xejn tagħha.

Mhux bħalu, għax ma nafu jagħmel xejn b’xejn. Meta kien Segretarju Parlamentari id-ditta legali tiegħu ħadet b’aktar minn miljun ewro f’konsulenzi mal-gvern.

Hyzler kien Segretarju Parlamentari bejn 1998 u l-2003 fil-Ministeru tal-Ekonomija fi żmien Eddie Fenech Adami.

Matul is-snin id-ditta legali li jifforma parti minnha, GVTH Advocates, ħadet ammont ta’ kuntratti ta’ xogħol u konsulenza minn għand żewġ gvernijiet Nazzjonalisti.

F’risposti għal mistoqsijiet parlamentari li jmorru lura sas-sena 1999, jiġifieri sena wara li George Hyzler nħatar Segretarju Parlamentari minn Eddie Fenech Adami, jirriżulta li GVTH Advocates ħadet b’aktar minn miljun ewro f’konsulenzi, parti minnhom anki permezz ta’ direct orders.

Dan ix-xogħol baqa’ jingħata sa l-2013.

Ħafna mill-konsulenzi lil GVTH Advocates ingħataw fiż-żmien meta l-istess George Hyzler kien membru tal-Kabinett bejn l-1998 u l-2003. Jiġifieri bħal Mario de Marco, Hyzler kien fil-Kabinett waqt li d-ditta tiegħu tagħti konsulenza lil gvern.

Meta kien Segretarju Parlamentari kien jiddikjara li għandu €1,300 l-bank.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page