Mandat elettorali mġedded b’vot ta’ fiduċja fil-gvern
Updated: Sep 21
Il-Parlament ivvota bil-qawwa f’vot ta’ fiduċja fil-gvern immexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat wara li ingħeleb vot ta’ sfiduċja fil-gvern mressaq mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil. L-ewwel kelliem minn naħa tal-gvern, il-Ministru Owen Bonnici ressaq emenda li permezz tagħha emenda l-mozzjoni ta’ sfiduċja u talab lil Kamra tesprimi fiduċja fil-Gvern.
Fiduċja li ngħatat bi 38 vot favur u 31 vot kontra. Vot li jirrifletti l-mandat elettorali ta’ Marzu 2013 fejn il-Partit Laburista kien kiseb 167,533 vot fl-akbar rebħa storika li qatt kienet irreġistrata f’elezzjoni ġenerali.
Issa, jekk Simon Busuttil irid jgħix f’demokrazija normali, għandu jaċċetta l-vot ta’ fiduċja mgħoti mill-Parlament lil Prim Ministru li issa għandu mandat elettorali mġedded biex ikompli għaddej bil-programm elettorali tiegħu għas-sentejn li baqa’ għal tmiem ta’ din il-leġislatura.
Comments