top of page

Mara wara l-attentat iddisprat ta’ tixwix kontra l-Labour

Archive
Mar 29, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Nhar l-Għid il-Kbir kien hemm attentat iddisprat ta’ tixwix kontra l-Labour. Fil-għaxija ftit qabel id-9pm twaħħal dan l-avviż biex ixewxu lil Bormliżi kontra l-gvern qabel jibda l-proġett tal-American University of Malta, li huwa l-uniku proġett ta’ investiment privat barrani li qatt sar f’Bormla.

Attentat iddisprat fejn l-awtur jew aħjar l-awtriċi tiegħu ippruvat tbellagħha lin-nies ta’ Bormla li flok ir-Rialto se ssir Moseka. Persuni li kienu fuq il-post għal ħabta tad-9pm raw mara, twila, liebsa pulit, libsa ta’ kulur ħadrani li kienet qed twaħħal dan l-avviż.

Il-persuni li raw lil din il-mara qajla taw każ x’kienet qed twaħħal u kien l-għada illi ndunaw x’kienet qed twaħħal mal-faċċata tar-Rialto.

Il-Partit Laburista li huwa s-sid tal-propjeta ħareġ stqarrija li tgħid hekk;

B’referenza għall-istejjer li dehru fil-mezzi tax-xandir aktar kmieni llum, dwar it-Teatru Rialto, il-Partit Laburista jrid jagħmilha ċara li l-permess ta’ żvilupp imwaħħal mal-faċċata tal-propjetà tiegħu huwa għal kollox falz u nieqes mill-verità.

Dan il-fatt kien ikkoraborat minn stqarrija mill-MEPA li qalet kif dan il-permess huwa wieħed falz.

Dwar is-sit inkwistjoni m’hemm l-ebda applikazzjoni pendenti u wieħed irid jistenna l-investigazzjonijiet tal-Pulizija li ġew innotifikati bil-każ imsemmi.

Ta’ min jgħid li kumbinazzjoni dan kollu jidħol f’kampanja sħiħa ta’ tbeżżiegħ li għaddejjha dwar l-

American University of Malta

.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page