Mario Frendo jirrispondi, jallega li ħħekjawlu l-accounts ta’ Twitter u Facebook
Updated: Sep 21
Irċevejt din l-email minn għand Mario Frendo bħala dritt għar-risposta wara l-artiklu “Mario Frendo self proclaimed best journalist” li deher aktar kmieni llum fuq din il-website.
Ngħid il-verita’ dħakt ftit meta irċevejta u għalhekk qed nippublika fl-interita tagħha skont il-Liġi tal-Istampa kif ikkwotat hawn isfel minn Mario Frendo li tela’ fir-raba’ sena tal-kors tal-Liġi għad ikun l-aqwa Avukat!
Risposta:
Annessa ma’ din l-email għandek issib dritt għar-risposta, li qed tintbgħat lilek skont il-liġi tal-istampa (Att 248). Għaldaqstant int obbligat li ġġib id-dikjarazzjoni miktuba fl-ittra annessa, kif ukoll hawn taħt għal aktar effiċjenza. Id-dritt għar-risposta qed jiġi applikat in vista tal-artiklu:
https://glennbedingfield.com/mario-frendo-self-proclaimed-best-journalist/
Infakkrek ukoll li skont subartikolu 2 tal-Artiklu 21 ta’ Att 248, ir-risposta “għandha tiġi ppubblikata bħala artikolu separat u mingħajr ma jiddaħħlu fih xi kummenti jew jidher xi materjal ieħor li ma jkunx jagħmel parti mir-risposta, u dan bi prominenza ugwali għallpubblikazzjoni li dwarha tkun qed issir ir-risposta u ħadd ma jkun jista’ jqassar jew jeditja r-risposta”.
Id-dikjarazzjoni li inti mitlub u obbligat tippubblika hija din:
“Hu ta’ dispjaċir li eks-ġurnalist bħalek u eks-MEP li llum “jaħdem” fl-Uffiċju tal-Prim Ministru biex jiġbor il-materjal għall-Parliamentary Questions, filfatt jaħseb li l-kumment “I am the best journalist” ktibtu jien. Il-kontijiet tas-social media ġew hacked. Il-kumment li deher fuq Facebook tħassar ftit wara. Il-kumment li deher fuq Twitter tħassar aktar tard. Nawgura biss li ma tieħux dawn l-iżbalji u ma taqax f’konklużjonijiet b’dan il-mod prematur meta tkun qed tiġbor il-PQ’s għall-Prim Ministru.
Comments