Mario Frendo rrisponda imma mkien ma ċaħad li hu l-aqwa ġurnalista!
Updated: Sep 21
Mela wara l-artiklu ta’ dalgħodu il-ġurnalista tal-PN Mario Frendo qal li il-kliem “I am the best journalist” fuq il-Facebook u Twitter account tiegħu ma kitibhomx hu.
Jiġifieri, iridna nemmnu li persuna fl-istess ħin daħlet fuq iż-żewġ accounts tiegħu u kitbet “I am the best the journalist”. Aħjar nemmnuh ma jmurx jieħu għalih.
Nifhem li kien hemm min ħa għalih, jew aħjar ħadet għaliha għax kien hemm min qal li hu aħjar minnha. Kif jista’ jkun?
Insomma Mario Frendo qalilna li dak li nkiteb ma kitbux hu u aħna ma għandnix għalfejn niddubitaw, pero’ fir-risposta tiegħu mkien ma ċaħad li hu l-aqwa ġurnalista.
U veru ġurnalista tajjeb għax magħruf kemm jorqod u xorta jagħmel rappurtaġġ, allavolja meta jkun qed jirrapporta attivitajiet tal-gvern jew tal-Labour, ġieli aqqas isemmi kelma waħda milli jkun sema’.
Dan Frendo jorqod kullimkien,
Comments