top of page

Mark Cremona l-Bully ma’ Simon u ħuħ tan-Net, flimkien kollox possibbli

Archive
Aug 17, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Wara l-artiklu fuq din il-website fuq il-każ tal-Pulizija li ta daqqa ta’ ħarta lil persuna, Net news tniffsu u bil-kontra tali jiġri s-soltu taw prominenza dak li qalet il-Union tal-Pulizija, li hija affiljata mal-GWU.

Ngħid bil-kontra tas-soltu għaliex fejn tidħol il-GWU l-media tal-PN tara lil ħaddiema bid-denb u bil-qrun. Imma mhux f’dan il-każ.

Mark Cremona l-Pulizija nvolut huwa wieħed ta’ ġewwa, tal-familja. Imur jixrob id-Dar Ċentrali fejn jaħdem ħuħ Robert man-Net u huwa qrib ta’ Simon Busuttil ukoll.

Għalhekk f’dawn iċ-ċirkostanzi u għaliex il-PN juża kejl differenti man-nies, dwar il-każ fejn Pulizija jidher fuq filmat jgħati daqqa ta’ ħarta turist qalu ftit li xejn u stennew li toħroġ stqarrija qabel jitniffsu ftit.

Ara li kieku membru fil-korp tal-Pulizija jikteb post fuq Facebook li ma jaqblux magħha biex ma ngħidx Pulizija li mhux Nazzjonalist jimbotta persuna b’mod eċċessiv billi jgħatiha daqqa ta’ ħarta. Ħoll xagħrek u ġib iż-żejt.

Li kienu kien Pulizija ieħor kienu jitolbu inkjesta jkunu jridu r-riżenja tal-Kummissarju, jitkellem Beppe Fenech Adami fil-Parlament, jagħmlu xi żewġ artikli fil-media indipendenti mbagħad konferenza tal-aħbarijiet u jibqgħu jagħmlu pressjoni kontra l-individwu.

Diġa’ bdew jagħmlu distinzjoni bejn in-nies meta għadhom fl-Oppożizzjoni, aħseb u ara x’se jagħmlu meta jkunu fil-gvern. Kemm se jixkanaw nies.

L-ipokrezija tagħhom bla limitu.

Għalhekk Net News u l-PN jibqgħu ħalqhom magħluq

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page