top of page

Marthese Portelli, solving short term parking fin-nofs problems

Archive
May 16, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Malajr solviet il-problemi tal-parking tagħha. Qabdet u tefgħet fin-nofs, short-term problem solver. U din ix-shadow Minister tat-Trasport se tkun parti minn gvern differenti, qalilna Simon Busuttil il-bieraħ. Diġa’ tħossha differenti aktar minn ħaddieħor li jipparkja l-karozza kif suppost. Differenti b’dan il-mod mill-Oppożizzjoni aħseb u ara meta se tkun fil-gvern kemm se tkun iktar differenti.

Diġa’ għandna esperjenza ta’ kemm kienet differenti meta kien hemm il-PN fil-gvern. Tant li kienet fuq bord governattiv u tħallset dejjem anke meta ma attendietx għall-laqgħat.

Kulħadd għandu esperjenza ta’ kemm kienu differenti n-Nazzjonalisti meta kienu fil-gvern. Ħafna minnhom kienu differenti u aktar ugwali minn oħrajn. Għandhom fernseija biex jerġgħu ikunu hekk u uħud minnhom diġa’ qed ikunu differenti. Francis Zammit Dimech bħal Marthese Portelli. Malajr isolvihom il-problemi tal-parking li hemm f’Ta’ Sliema, jaqbad u jitfa’ fuq il-bankina jew quddiem xi garaxx. Għax dawn basta jgħidu għal ħaddieħor u jippuntaw subajhom lejn l-oħrajn. Mbagħad jġu jaqgħu u jqumu x’jagħmlu huma.

Bħala shadow ministers ta’ gvern li qed jaspira li jkun differenti, Marthese Portelli u Francis Zammit Dimech għandhom jagħtu l-eżempju jekk iridu jitwemmnu. Għax sa issa qegħdin jgħidu mod u jagħmlu ieħor. Tipikament Nazzjonalisti.

Għalhekk dak li qed jgħid Simon Busuttil m’huwiex jitwemmen.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page