Mela l-mejda bil-galettini u l-ħelu bl-interċessjoni ta’ Santa Luċija
Updated: Sep 21
Il-Whip tal-PN David Agius mhux qed jinkwieta iktar fuq il-gallettini. Għalkemm qed jara min fl-aħħar ġimgħat daħal fil-Kamra riservata għall-Membri tal-Oppożizzjoni fil-Parlament, bl-interċessjoni ta’ Santa Luċija, qed ikollu mejda mimlija galettini u ħelu ieħor ħalli jżomm lid-Deputati tiegħu happy.
Wara dak li ktibt fil-jiem li għaddew, wieħed mid-Deputati tal-Oppożizzjoni bgħatli dan ir-ritratt biex juri li David Agius mhux qed iħallihom nieqsa minn xejn.
Sadanittant il-ġurdien li kien qed jisraq il-galettini għadu ma nqabadx. Mhux ġust li l-ewwel suspetti waqgħu fuq Toni Bezzina u George Pullicino. Is-suspetti qed jaqgħu fuq Tony Abela u Francis Zammit Dimech għalkemm Robert Cutajar jingħad li jħobbu l-ħelu.
Tonio Fenech magħruf li jħobb jaħtaf. Mhux ta’ min iwarrab ukoll lil Francis Zammit Dimech.
Antoine Borg żgur mhux hu. Dak mhux gallettini jiekol imma l-piżelli li jaqla minn mnieħru.
Comments