Mela Norman Vella għandu blog?
Updated: Sep 21
Norman Vella huwa impjegat tal-gvern u għandu blog. Jien m’inix impjegat tal-gvern u għandi blog. Norman Vella jista’ jikteb x’ħin irid u meta jrid, jien ma nistax. Taħsbu li kieku nikteb blog nikkritika lil Joseph Muscat xi ħadd mill-PN u l-media tagħhom se jqajjem kontroversja? LE bla dubju. Anzi jikkwotawħ.
Immaġinaw blog fejn nikkritika lill-Labour il-ħin kollu bħalma jagħmel Norman Vella. Taħsbu li nkun ikkritikat? Xi ħadd se jitkaża għax mħallas mit-taxpayer?
Għal Norman Vella ħadd ma jgħid xejn u milli jidher ilu jagħmel blogs għal żmien twil mhux ħażin, ħadd qatt ma lmenta li bħala uffiċjal pubbliku mħallas mit-taxpayer qiegħed jgħid kontra l-gvern li jimpjegah. Frankament għandu kull dritt jagħmel hekk.
Comments