Membri tal-PL qed jirċievu stedina biex jattendu għall-Kunsill Ġenerali tal-PN
Updated: Sep 21
F’email minn għand is-Segretarju Ġenerali Nazzjonalista Rosette Thake, membri tal-Partit Laburista qed ikunu mħeġġa jattendu għas-sessjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-PN nhar il-Ħadd li tkun indirizzata mill-Kap tal-Partit Simon Busuttil.
Il-Kunsill Ġenerali huwa l-ogħla organu tal-partit u jkun miftuħ għal kunsilliera tal-PN minn diversi kumitati sezzjonali u fergħat.
Fil-jiem li għaddew, diversi membri tal-Partit Laburista qalu li rċevew email minn għand is-Segretarja Ġenerali Rosette Thake.
Il-bieraħ Simon Busuttil qal li l-Labour qed iħawwad. Jista’ jkun ukoll li s-Segretarja Ġenerali attwali ħadet il-vizzju tas-Segretarju Ġenerali ta’ qabilha Pawlu Borg Olivier li kellu ħabta jibgħat emails bi żball.
Comments