Meta għal PN intermedjarju kien ħati għax jaġixxi ta’ paraventu għal ħaddieħor
Updated: Sep 21
Il-kulur politiku ta’ persuna jiddetermina jekk tkunx ħati jew le. Sa qabel l-elezzjoni, intermedjarju ta’ kumpanija li tagħmel xi ħaġa ħażina kien ikun korrott daqs sid il-kumpanija. Qalha Tonio Fenech qabel l-elezzjoni.
Kien qal li intermedjarju jkun jaf kollox x’inhu għaddej fil-kumpanija li jidher għaliha u jirrapreżenta. Tonio Fenech kien qal “persuna li tkun qed taġixxi għal paraventu tramite il-kumpanija tagħha tkun taf x’inhu għaddej”.
Illum li nqalbet il-folja, kull min huwa intermedjarju m’għdux ħażin. Anzi sar tajjeb. U iktar minn hekk skont Simon Busuttil ikun qed jaqdi d-dmirijiet professjonali tiegħu. Biex jiġġustifika l-għaġir tal-intermedjarji tal-PN, Simon Busuttil ġab eżempju ta’ persuna li jkollu Avukat difensur u jeħel il-ħabs.
Il-Kap tal-PN qal li l-Avukat ma jkunx ħati miegħu wkoll, Veru u għandu raġun. Imma konvenjentement, Simon Busuttil ġab eżempju ħażin. Ħa ngħatih eżempju ieħor. Issa huwa Avukat u bravu iktar minni għax jien Laburist.
Meta jkollok serqa, min iwassal lil ħallelin, jistennihom barra fil-karozza sakemm jisirqu u jwassalhom lura malli jlestu s-serqa, dak hu kompliċi f’għajnejn il-liġi. Dak hu l-eżempju li joqgħod perfett għal min joffri s-servizzi tiegħu biex tramite l-kumpanija tiegħu jkun paraventu għal ħaddieħor.
Pero’ kollox ikun determinat mil-kulur politiku ta’ dak li jkun. Għaliex jekk intermedjarju finanzjarju jkun Laburist, dak jissejjaħ korrot. Iżda jekk l-intermedjarju jkun Tonio Fenech, Francis Zammit Dimech, Boris Xerri, Reuben Balzan jew Ann Fenech, dawn ikunu qed jaqdu dmirhom.
Simon Busuttil stess ftaħar li kien hemm żmien fejn id-ditta ta’ Avukati li jaħdem magħha kienet toffri l-istess servizzi ta’ intermedjarji. Dan kien iż-żmien meta Tonio Fenech kien Ministru u lill-intermedjarju kien jgħajru korrot.
Comments